Il-Qaddej ta' Alla
Guzeppi DePiro

Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' S. Pawl
(1877-1933)
Twieled
fl-Imdina, fit-2 ta Novembru 1877 min-nobbli Alessandru dei Marchesi De Piro
u Ursola Agius. Kien is-seba fost disa aħwa.
Fi
tfulitu barra l-edukazzjoni primarja u sekondarja tgħallem u avanza fl-arti
tal-pittura.
Daħal
l-Universita ta Malta u għal 3 snin kien fil-Fakulta ta l-Arti u
Xjenza.
Bejn
l-1897 u l-1898 għamel parti mill-kors tal-Liġi.
Kemm
dam l-Universita kien imsieħeb fir-Royal Malta Militia.
Ta
21 sena ħass is-sejħa għas-saċerdozju u fit-8 ta Mejju 1898, waqt is-supplika
tal-Madonna ta Pompej iddeċieda li din kienet triqtu.
Bħala
student tal-Capranica, beda l-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija fl-Universita
Gregorjana, fRuma fl-1898.
Ordnat
Saċerdot fil-15 ta Marzu 1902, fil-Bażilika ta San Ġwann Lateran,
Ruma.
Bejn
l-1902 u l-1904 għamel żmien fDavos, l-Isvizzera, għall-kura.
Irritorna
Malta fl-1904 u għal kważi 3 snin ħadem fil-Parroċċa tal-Qrendi.
Fl-1907
intgħażel bħala Direttur ta l-Istitut Fra Diegu, Ħamrun, għall-iltiema
bniet.
Fl-1910
jagħti bidu għas-Soċjeta Missjunarja ta San Pawl billi jilqa l-ewwel
żewġ membri.
Fl-1911
inħatar Monsinjur tal-Katidral ta Malta.
Snin
wara, fl-1915, l-Arċisqof Mawru Caruana għażlu bħala segretarju tiegħu.
Bejn
l-1918 u l-1920 kien rettur tas-Seminarju Maġġuri ta Malta, fl-Imdina.
Fl-1919
kien fost il-mexxejja tal-Maltin li għenu biex tinżamm il-kalma fl-inkwiet
tas-Sette Giugno.
Fl-1920
laħaq dekan tal-Katidral ta Malta.
1921
- Malta tingħata Kostituzzjoni ġdida. Mons. De Piro ta s-sehem sħiħ tiegħu
fl-Assemblea Nazzjonali li wasslitha fit-tmiem.
Għal
xi xhur fis-sena 1922 hu kien flok il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Gudja.
Żdiditlu
d-direzzjoni ta Istituti oħrajn għall-iltiema:
1922
- Id-Dar ta San Ġużepp fSanta Venera
1922
- L-Istitut ta Ġesu Nazzarenu, fiż-Żejtun
1925
- Id-dar ta San Ġużepp, fGħajnsielem, Għawdex
1925
- Id-Dar taċ-Ċkejknin, fSanta Venera
1927
- L-Istitut ta San Franġisk ta Paola, fBirkirkara.
Fl-1930
wettaq ħidma ta medjazzjoni bejn il-Knisja u Lord G. Strickland.
Bejn
1932 u 1933 kien Senatur fit-Tielet Parlament Malti.
Miet
fis-17 ta Settembru 1933.
Page maintained by: Fr. Karm S. Borg mssp
İ MSSP 2001